Pembroke Athleta għamlu talba uffiċjali lil Hibernians biex jakkwistaw liż-żagħżugħ Jurgen Degabriele biex b’hekk jieħu post Demba Toure.
Xi jiem ilu dan is-sit żvela li Toure mistenni jħalli lill-klabb wara interess minn klabbs tal-Premier (aqra hawn). Bħalissa hu qiegħed bi prova ma’ Sliema madankollu deċiżjoni dwaru għadha ma tteħditx.
Pembroke qed jaħdmu ħafna u jixtiequ bis-saħħa li jakkwistaw lil Jurgen Degabriele madankollu din mhix se tkun trattattiva faċli għax Hibernians jemmnu ħafna f’dan il-plejer.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
