Ritratt li wasal għand MaltaRightNow juri kif fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid, plakka tad-dawl li nqalgħet minn mal-ħajt twaħħlet bit-tape biex ma taqax fl-art.
Fuq is-switches tad-dawl tpoġġa iktar tape, din id-darba biex twaħħlet karta li twissi lil dak li jkun biex ma jmissx is-switch għax hemm il-periklu.
L-ironija li dan ir-ritratt ittieħed fl-Istitut tal-Inġinerija Elettrika u l-Elettronika.
//= $special ?>