L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ġew posposti biex issa se jsiru mar-Referendum Abbrogattiv dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Ħabbar dan il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Ministru Bonnici ħabbar li s-sentenza tal-Qorti se tingħadda mir-Reġistratur tal-Qorti lill-President ta’ Malta sal-lum stess f’12pm. Għaldaqstant, skont il-Liġi, ir-Referendum irid isir sa mhux qabel id-9 ta’ April u mhux aktar tard mid-9 ta’ Lulju li ġejjin.
Id-deċiżjoni dwar id-data għar-Referendum u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali trid tittieħed mill-Prim Ministru sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Jannar.
Madankollu, Owen Bonnici ħabbar li hu nfurmat li d-deċiżjoni se tittieħed qabel u se titħabbar fi żmien qasir. Il-Ministru tal-Ġustizzja qal li l-Gvern se jirrispetta fis-sħiħ u bla riżervi d-deċiżjoni tal-Qorti.
Għall-elezzjonijiet tar-Referendum u l-Kunsilli Lokali mistennija jinħarġu madwar 500,000 Dokument tal-Votazzjoni.
//= $special ?>