Kultura Lokali

Rappreżentazzjoni ‘extra’ tal-Pantomima tal-Milied fl-Istitut Kattoliku l-Ħadd li ġej

B’talba ġenerali d-direzzjoni tal-kumpanija Teatru Rjal tħabbar li se tagħmel rappreżentazzjoni oħra mhux ippjanata tal-Pantomima tal-Milied fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, nhar il-Ħadd li ġej, 11 ta’ Jannar, fil-5.00pm.

Kull min attenda xi waħda minn bosta rappreżentazzjonijiet li saru, iddeskriva dan ix-xogħol teatrali bħala spettaklu divertenti u kulurit ta’ kostumi, xenarju, makeup, daħq kontinwu u divertiment ma’ wħud mill-aqwa atturi/kantanti li għandna f’Malta b’Toni Busuttil għal darb’oħra bħala d-dama, flimkien mas-Snits bħala l-Fairy, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Jeffrey Scicluna, Neville Refalo, Julie Pomorski, Laura Bruno, Pawlu Bonello, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin, Graziella Farrugia u Rhea Chetcuti.

Il-band bħas-soltu tkun ‘live’ taħt id-direzzjoni ta’ Abigail Brown b’arranġamenti mużikali ta’ Joe Brown. Iż-żfin huwa mill-iskola taż-żfin Kinetic Dance Studio b’koreografija ta’ Clayton Mifsud u Daphny Gatt b’kitba oriġinali ta’ Brian Farrugia u direzzjoni ta’ Ray Abdilla bil-produzzjoni bħas-soltu f’idejn Pawlu Testa.

Il-biljetti  jistgħu jinkisbu mill-Booking Office tal-Istitut Kattoliku mid-9.00am sa nofsinhar u mill-4.30 sat-8.00pm (21238429) jew mill-bar tal-Istitut Kattoliku (21242551).

Għal aktar informazzjoni u biex wieħed jibbukkja online jista’ jidħol kemm fuq il-websajt tal-kumpanija Teatru Rjal kif ukoll dik tat-teatru tal-Istitut Kattoliku www.kumpanijateatrurjal.com u www.istitutkattoliku.com.