Lokali

Ritratti: ‘Traffiku enormi’ fit-Telgħa t’Alla w Ommu

Minħabba xogħlijiet li bdew dalgħodu fi Triq Kennedy Drive fid-direzzjoni lejn il-Magħtab għal ħinijiet twal matul il-ġurnata nġema t-traffiku fl-inħawi.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermaw li wara aktar minn siegħa fit-traffiku huma sabu li din it-triq ma twassal għal imkien u għalhekk l-unika soluzzjoni biex jitilgħu San Pawl il-Baħar kienet li jduru lura u jgħaddu mill-Mosta.

Fit-toroq ma kien hemm l-ebda sinjali li juru li mit-Triq tal-Magħtab ma tistax tgħaddi għal San Pawl il-Baħar u dawn bdew jitwaħħlu matul il-ġurnata meta t-traffiku kien diġa mweħħel u t-triq kienet diġa magħluqa.

road closure