Kien hemm sparatura f’supermarket Lhudi f’Vincennes fil-Lbiċ ta’ Pariġi. skont sorsi tal-Pulizija hemm persuna midruba u jsita’ jkun hemm rabta mal-qtil tal-Pulizija mara nhar il-Ħamis. Issa l-Pulizija qed jassedjaw il-post u aktarx hemm 5 ostaġġi ġewwa u hemm żewġ persuni mejta.
Sorsi fil-Pulizija Franċiża qed igħidu li hemm rabta bejn il-persuna assedjata fis-supermarket Amedy Coulibaly u l-aħwa Saïd u Chérif Kouachi li huma s-suspettati ewlenin fil-każ tal-massakru tal-ġurnalisti ta’ Charlie Hebdo.
Sorsi qed isostnu li Coulibaly kien ix-xuffier li saq lil aħwa Kouachi wara li attakkaw l-uffiċini taċ-Charlie Hebdo.
Rapporti minn Pariġi qalu li Coulibaly qed jitlob lil Pulizija li l-aħwa Kouachi jitħallew jaħarbu.
Il-Pulizija qalet li fil-każ tas-supermarket, hi riedet tarresta wkoll lil Hayat Boumeddiene, li hi t-tfajla ta’ Coulibaly.
Id-dettalji għadhom dieħlin
//= $special ?>