Internazzjonali

2000 ruħ maqtula f’massakru mill-Boko Haram

L-aktar attakk vjolenti fl-istorja ta’ Boko Haram. Hekk qiegħed jiġi meqjus l-attakk minn estremisti Islamiċi fuq ir-raħal ta’ Baga fin-Niġerja; raħal li huwa mal-fruntiera biswit Chad.

Babba Abba Hassan, kap tad-distrett saħaq li l-maġġoranza tal-vittmi f’dan l-attakk kienu tfal, nisa u anzjani hekk kif dawn ma’ rnexxielhomx jaħarbu mill-attakk feroċi li sar fuq Baga. Minn naħa tiegħu Muhammad Abba Gava, kelliem għal grupp impenjat li jissielet kontra Boko Haram spjega li tant kien hemm katavri li kien diffiċli wieħed jgħati numru preċiż għalkemm huwa maħsub li l-mejta jaqbżu l-elfejn.

Kelliem għal Amnesty International saħaq li dan l-attakk huwa eskalazzjoni kbira tal-vjolenza mwettqa mill-grupp Boko Haram.