L-esperti fir-Renju Unit qed isostnu li l-eta’ medja tal-ħallelin li jisirqu mid-djar qed togħla għax kriminali żgħażagħ ma jridux ir-riskji assoċjati mal-offiża u għalhekk qed jibdlu l-ħsieb biex jidħlu u jisirqu mid-djar.
Żgħażagħ li jaqbdu t-triq il-ħażina tal-kriminalita’ fl-Ingilterra qed jagħżlu l-internet u reati marbutin mad-droga, milli offiżi aktar perikolużi bħalma hu s-serq mid-djar, fejn ir-riskju li jinqabdu hu akbar.
Ċifri mill-Ministeru tal-Ġustizzja juru li ħallelin li jinstabu ħatja ta’ serq mid-djar huma x’aktarx persuni ta’ mezz’eta’ .
//= $special ?>