Biex tittaffa l-problema ta’ ffullar li hemm bħalissa fl-isptar Mater Dei, minn tagħrif li għandu MaltaRightNow.com, jirriżulta li l-bieraħ tard bil-lejl, numru ta’ anzjani kienu trasferiti mill-isptar Mater Dei għal San Vinċenz De Paul. MaltaRightNow.com jinsab infurmat wkoll li t-trasferiment sar tard filgħaxija biex ma jagħtux fil-għajn.
Dan minbarra tagħrif ieħor li għandu MaltaRightNow.com dwar kull tentattiv li qed isir biex il-gvern jipprova jagħti l-impressjoni li fis-settur tas-saħħa m’hawnx problemi. Hekk kif il-gvern jidher li qed jippjana biex fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar jorganizza open- week f’diversi dipartimenti tal-Isptar Mater Dei u ċ-Ċentri tas-Saħħa. Jidher li bħalissa l-ħaddiema tqabddu jagħmlu l-preparamenti neċessarji biex is-sitwazzjoni fl-isptar tkun tidher normali kemm jista jkun.
//= $special ?>