Rekluti ġodda fi grupp Messikan ta’ traffikanti tad-droga ġew sfurzati biex jieklu l-qlub tal-vittmi tal-grupp, fi skema orribbli sabiex juru l-lealta’ tagħhom lejn l-organizzazzjoni kriminali.
Dawk li riedu jingħaqdu ma’ La Familia Michoacana, kienu mġiegħla jieklu organi umani matul ċeremonji bikrija li kienu mħejjija sabiex ikunu eliminati dawk li ma kinux leali lejn il-grupp ta’ traffikanti.
Xhieda qalu lil kapijiet tas-sigurta’ tal-gvern Messikan, kif La Familia u grupp kriminali ieħor bl-isem ta’ Knights Templar, xi kultant ukoll kienu jisfurzaw lil membri ġodda sabiex jaqtgħu partijiet mill-ġisem tal-vittmi meta kienu għadhom ħajjin.
Kemm La Familia Michoacana kif ukoll in-Knights Templar – li wkoll huma meqjusa bħala gruppi kannibali – kienu twaqqfu minn Nazario Moreno, magħruf bħala “L-aktar wieħed miġnun”, mexxej kriminali li mbagħad sab sehemu meta nqatel f’Marzu tas-sena l-oħra.
//= $special ?>