Futbol Sport

Balzan jipproponu li jonqsu l-barranin fil-Kampjonat Premier

F’ittra li l-Kumitat ta’ Balzan bagħat lis-Segretarju tal-Premier League Club’s Standing Committee u s-Segretarju tal-MFA, ġie propost li n-numru ta’ barranin fil-Kampjonat Premier jonqos minn ħamsa għal erbgħa.

“Nemmnu li deċiżjoni bħal din twassal biex plejers lokali jingħataw iktar opportunitajiet li jilgħabu għal klabbs Maltin. Nemmnu li din hi ħaġa tajba għall-futur tal-futbol Malti,” tgħid l-ittra ta’ Balzan.

Fl-ittra tagħhom Balzan ikomplu: “Wasalna għal din id-deċiżjoni finali għaliex nemmnu li jekk inżidu l-barranin fil-grawnd, il-futbol Malti se jsofri. It-talenti żgħażagħ tagħna se jsibuha diffiċli jilgħabu mal-iskwadra ewlenija u x-xogħol kollu li qed nagħmlu fin-nurseries ma jħallix frott.”

Minn naħa tagħha l-MFA diġa’ bagħtet din l-ittra lill-klabbs tal-Premier.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).