Knisja Kultura Lokali

Esebizzjoni Pawlina f’Ħal Safi

L-Għaqda Żgħażagħ San Pawl ta’ Ħal Safi se torganizza ‘Esibizzjoni Pawlina’ bejn it-18 u l-24 ta’ Jannar fil-Palazz ta’ Gollcher, f’Ħal Safi. Din il-proprjetà biswit il-pjazza tal-lokal għadha kif inkisbet mill-Każin tal-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, u qed tiġi rinnovata.

Din il-wirja se tħares lejn il-kult ta’ San Pawl fil-gżejjer Maltin u se jkunu esibiti oġġetti mislufa minn diversi lokalitajiet minbarra Ħal Safi fosthom il-Belt Valletta, il-Furjana, ir-Rabat (Malta), il-Munxar u n-Nadur f’Għawdex.

Il-wirja se tinfetaħ uffiċjalment nhar il-Ħadd 18 ta’ Jannar fil-10.45am u se tkun miftuħa mis-6pm sad-9pm fost il-ġimgħa u mill-10am sad-9pm nhar is-Sibt 24 ta’ Jannar.
Nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar il-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl f’Ħal Safi se tiċċelebra l-festa ta’ dan l-Appostlu b’quddiesa solenni fil-knisja parrokkjali.