Avveniment mhux tas-soltu fi Pjazza Trafalgar f’Londra. Avveniment li fih ħadu sehem il-fuq minn 150 mużiċist bħala tislima lill-vittmi tal-massakru fil-bini tar-rivista Franċiża Charlie Hebdo nhar l-Erbgħa li għadda.
L-avveniment kien organizzat mill-grupp Allegri Quartetli talbet sabiex mużiċisti jinġabru fil-knisja Saint Martin in the Fields sabiex idoqqu l-Adagio for Strings ta’ Samuel Barber. Jidher iżda li wara ġie deċiż li minflok idoqqu biswit l-istess knisja minflok ġewwa.
Mużiċista li ħadet sehem, Vanessa Lucas-Smith saħqet, “konna magħquda wara kawża; li nfakkru, li nuru x-xokk u r-rabja għall-brutalita’ tal-massakru Charlie Hebdo, li nuru dieqa għal vittmi u l-ħbieb u l-qraba tagħhom u li nuru determinazzjoni li niddefendu d-demokrazija u l-liberta tal-kelma”.
Segwi l-avveniment fil-filmat
//= $special ?>