Lokali

FKNK: Ir-referendum huwa azzjoni anti-demokratika

Wara li tħabbret id-data tar-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, fi stqarrija l-FKNK sostniet li dan ir-referendum huwa azzjoni anti-demokratika u bla skruplu ta’ ftit Maltin ta’ gruppi f’minoranza fis-soċjeta’ Maltija li jridu jabolixxu tradizzjoni ta’ grupp ieħor ta’ Maltin li wkoll jinsabu f’minoranza fis-soċjeta Maltija.

Ir-referendum abbrogattiv m’huwiex dwar il-prattika legali tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-poplu Malti, li kollhu jiffurmaw parti minn xi grupp f’minoranza fis-soċjeta’ Maltija, għandu jkun imwissi, li wara l-kaċċatur jmiss lilu. Dan ukoll, kif diġa stqarru, anki pubblikament, l-instigaturi ta’ din l-azzjoni li wasslet għar-referendum, meta qalu li din tal-kaċċa hija biss il-bidu.

L-FKNK fl-istqarrija rreferiet għal dawk li hi sejħitilhom bħala estremisti iridu jeqirdu l-ħajja ta’ grupp ta’ nies li jinsabu f’minoranza. Fakkret li meta l-kaċċa kienet sospiża xi membri minn tal-FKNK anki kienu waslu fl-estrem li neħħew ħajjithom b’idejhom.

Ritratt: Arkivji