Internazzjonali

Għalfejn il-hangovers bix-xampanja huma l-agħar esperjenza?

Kulmin, forsi, xi darba eżaġera bil-konsum tal-alkoħol, jaf x’jiġifieri b’li tqum l-għada qisek qed iġġorr ‘it-toqol tad-dinja fuq rasek u spallejk’ u li hu wieħed mis-sintomi ta’ hangover memorabbli.

Is-sintomi bħall-uġigħ ta’ ras, id-dardir presistenti u l-fenomenu ‘fejn il-kamra tibda ddur anki meta tagħlaq għajnejk’ huma lkoll elementi koroh ta’ din il-kundizzjoni (hangover).

Intant, u waqt li eluf kbar ta’ persuni batew l-effetti ta’ hangover mix-xampanja, ir-riċerka, issa, ikkonfermat dak li ilu ż-żmien jingħad – jiġifieri li l-konsum żejjed tax-xampanja hu dispost li jipproduċu l-agħar sintomi fiżiċi.

Il-bżieżaq li jiddistingwu lix-xampanja minn xorb ieħor alkoħoliku huma kkaġunati minn elementi tal-carbon monoxide fix-xarba. Għaldaqstant l-effetti fiżiċi ‘minn qiegħ l-infern’ li huma konsistenti ma’ ‘champagne hangover’ huma dovuti għal sitwazzjoni fejn il-carbon monoxide fix-xarba tħaffef iċ-ċirkolazzjoni tal-alkoħol fil-ġisem.

Fl-istess ħin, Boris Tabakoff, professur tal-farmakoloġija fl-Universita ta’ Kolorado, qal li huma proprja l-elementi tal-carbon dioxide li jikkaġunaw dawn il-hangovers koroh, bil-gass inkwistjoni jixpruna malajr l-akoħol fis-sistema tad-demm. Mifhum ukoll li persuna tista’ tisker aktar malajr jekk teżaġera bil-carbonated drinks, bħall-Cava u l-Prosecco.