Lokali

Godfrey Farrugia maħtur whip tal-grupp parlamentari Laburista

L-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia nħatar bħala l-Whip il-ġdid tal-grupp parlamentari Laburista. Stqarrija spjegat li l-grupp parlamentari Laburista approva b’mod unanimu n-nomina mressqa mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-ħatra wasslet wara li l-whip Carmelo Abela nħatar bħala ministru.

Intant f’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook il-whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista David Agius feraħ lil Godfrey Farrugia għal ħatra ġdida tiegħu filwaqt li awgura koperazzjoni sħiħa għal ġid tal-poplu Malti.