Il-Koalizzjoni Kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa fi stqarrija laqgħet id-data li ħabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat għar-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, filwaqt li ħabbret li se tkun qed tniedi l-kampanja tagħha kmieni l-ġimgħa d-dieħla u ladarba l-Gvern jikkonferma l-mistoqsija li se titpoġġa quddiem l-elettorat.
Il-kordinatur tal-koalizzjoni, Romina Tolu qalet li l-11 t’April se jkun jum storiku għall-poplu Malti u żiedet tgħid li dan se jkun ċans għall-pubbliku li jivvota għal futur aħjar għal Malta u l-ambjent Malti.
Qalet li l-fatt li se jsir qabel ma jibda l-istaġun tal-kaċċa ifisser li l-Maltin e jkollhom ċans li jaraw li l-istaġun din is-sena ma jinfetaħx u dan ikun ifisser aktar għasafar li jkunu jistgħu jpassu b’sigurta’ minn fuq Malta.
//= $special ?>