Fi stqarrija għall-istampa il-Koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa saħqet li dak li qal il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja juru rieda li jiġi rispettat ir-referendum filwaqt li jiġi faċilitat il-proċess sabiex il-poplu Malti jagħmel l-għażla tiegħu dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
L-ewwel eżami ta’ din ir-rieda hija d-data. Romina Tolu f’isem il-koalizzjoni saħqet li li l-gvern huwa inkarigat li jgħati parir lill-President dwar id-data preċiża. Awgurat li d-data magħżula tkun waħda li tippermetti li jkun hemm biżżejed żmien għal dibattitu kostruttiv sabiex il-votanti jagħmlu għażla infurmata.
Tolu awgurat li l-partiti politiċi prinċipali f’Malta jippermettu dibattitu ħieles mill-protagonisti prinċipali f’din il-kwistjoni filwaqt li saħqet li l-koalizzjoni tinstab ħerqana għal dibattitu kostruttiv miż-żewġ naħat.
//= $special ?>