B’rabta mad-data tar-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat iddeċieda d-data tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, l-Partit Nazzjonalista jinnota li l-Prim Ministru żbalja li ddeċieda d-data għal skopijiet politiċi tiegħu meta dan huwa d-dmir tal-President skont il-liġi u mhux tal-Prim Ministru.
Id-deċiżjoni hija f’idejn il-poplu fir-referendum u l-poplu għandu jitħalla fil-libertà li jiddeċiedi mingħajr ma l-kwistjoni tiġi politiċizzata aktar milli hi sostna l-Partit Nazzjonalista..
Il-Partit Nazzjonalista se jiddiskuti din il-materja fl-istrutturi interni tiegħu fil-jiem li ġejjin kif inhu mistenni minn partit li jaħdem b’mod demokratiku ttemm tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>