Id-denb tal-ajruplan tal-AirAsia li fit-28 ta’ Diċembru 2014 intilef b’162 persuna abbord itellgħa f’wiċċ il-baħar wara ħidma min-navy tal-Indoneżja. Il-ħidma kienet ilha għaddeja numru ta’ ġranet u fiha intuża apparat li jintnefaħ.
Madankollu huwa maħsub li l-kaxxa s-sewda jew kif inhi magħrufa bl-Ingliż il-‘black box’ ma’ hijiex fid-denb tal-ajruplan. Fil-kaxxa s-sewda ikun hemm d-data kollha tat-titjira.
Il-bieraħ kienu qegħdin jinstemaw numru ta’ ħsejjes fuq apparat elettroniku ġejjin mill-baħar ta’ Java biswit fejn kien hemm id-denb tal-ajruplan. Ħsejjes li uffiċjali qegħdin jaħsbu huma gejjien mill-kaxxa s-sewda.
S’issa kienu 48 il-katavri li nstaby bil-bqija maħsuba li għadhom ġewwa l-ajruplan li s’issa għadu ma nstabx.
//= $special ?>