Internazzjonali Kurżitajiet

Klieb salvati wara li kienu se jinqatlu għall-ikel

Ħafna klieb, oriġinarjament destinati għal fuq l-imwejjed tal-ikel fil-Korea t’Isfel, qed ikunu importati fl-Istati Uniti sabiex ikunu addottati.

L-ewwel minn 23 kelb li ġew salvati minn razzett li jrabbi l-klieb fil-Korea t’Isfel, spiċċaw waslu f’Washington, fejn ingħataw djar ġodda bħala annimali domestiċi.

Is-salvataġġ, li hu mifhum li twettaq għall-ewwel darba, hu parti minn kampanja sabiex ikun miġġieled il-konsum tal-laħam tal-kelb fil-Korea t’Isfel u f’pajjiżi Asjatiċi oħrajn.

Il-klieb kienu nstabu f’razzett f’Ilsan, fil-Majjistral ta’ Seoul, mill-Humane Society International (HSI).

L-organizzazzjoni dwar il-protezzjoni tal-annimali qalet li l-klieb – li qattgħu ħajjithom f’gaġeġ – għexu “f’kundizzjonijiet miżerabbli” fir-razzett, fejn kienu mrobbija speċifikament biex jittieklu mill-bniedem.