L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’34 lokalita’ f’Malta u Għawdex se jkunu qed isiru xahar tard minn kif stipulat bil-liġi.
Bil-liġi, l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għandhom isiru fit-tieni Sibt ta’ Marzu, jiġifieri fl-14 ta’ Marzu. Madanakollu, issa jirriżulta li dawn l-elezzjonijiet se jkunu qed isiru fil-11 t’April, flimkien mar-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Is-sena li għaddiet, il-Gvern Laburista kien ippropona l-possibilta’ li dawn l-elezzjonijiet ikunu posposti għas-sena 2019 biex isiru mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, madanakollu wara oppożizzjoni qawwija mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-Gvern Laburista kien irtira l-proposta tiegħu.
L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru f’26 lokalita’ f’Malta u 8 f’Għawdex.
//= $special ?>