Fil-Palazz Verdala fir-Rabat dalgħodu saru magħrufa l-finalisti tal-kategoriji kollha tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li l-finali tagħhom se jitħabbru waqt serata li tixxandar live fuq il-PBS is-Sibt 31 ta’ Jannar fil-Westin Dragonara Resort, San Ġiljan.
Kienu l-ġurnalisti kollha membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sport li vvutaw sabiex għażlu dak li, skont huma, huma l-aħjar ħames sportivi f’kull kategorija.
Waqt din l-aħħar attività qabel il-finali, is-semifinalisti kollha kienu ppreżentati b’ċertifikat ta’ rikonoxximent għall-kisba tagħhom matul l-2014 u talli waslu sa dan l-istadju.
Il-finalisti huma:
Sportiv tas-Sena
Baldacchino Noel (Tiġrijiet taż-Żwiemel)
Cassar Claudio (Eight Ball Pool)
Martin Steve (Boxing)
Xuereb Nathan Lee (Sparar)
Zahra Daniel (Kick Boxing)
Sportiva tas-Sena
Abela Sue (Ten Pin Bowling)
Bezzina Eleanor (Sparar)
Bonello Spiteri Danica (Triathlon)
Camilleri Rebecca (Atletika)
Pace Hannah (Triathlon)
Ufficjal tas-Sena
Camilleri Terry (Snooker)
Cassar Joe (Futbol)
Degiorgio Vincent (Pool)
Portelli Saviour (Sparar)
Sultana Paul (Basketball)
Kowċ tas-Sena
Bugeja Jimmy (Sparar)
Ghedin Pietro (Futbol)
Harada Saho (Għawn Sinkronizzat)
Izzo Karl (Waterpolo)
Neil Damien (Rugby)
Żagħżugħ tas-Sena
Azzopardi Spiteri Gianluca (Sparar)
Giordimaina Gary (Lotta)
Mifsud Kieran (Weightlifting)
Muscat Scott (Pool)
Xuereb Nathan Lee (Sparar)
Żagħżugħa tas-Sena
Azzopardi Claire (Ġinnastika)
Buttigieg Suzanne (Ġinnastika)
Dalli Peppijna (Ġinnastika)
Richard Janet (Atletika)
Xuereb Sara (Ten Pin Bowling)
Tim tas-Sena
Bodybuilding – Blanche Coppola u Ralph Decelis
Ibburdjar – Team Artie
Powerboat – Team Chaudron
Snooker – Tim tal-irġiel: Alex Borg u Duncan Bezzina
Waterpolo – Tim Nazzjonali
Fis-Serata finali bord magħmul minn ġurnalisti se jivvutaw live għal rebbieħ wieħed/waħda f’kull kategorija msemmija (7). Ma dawn se jiżdiedu erba’ kategoriji oħra li ntagħżlu minn bordijiet separati.
Dawn huma:
L-aħjar atleta mara ta’ Special Olympics
L-aħjar atleta raġel ta’ Special Olympics
L-aħjar atleta Għawdxi
L-aħjar avveniment ghas-sena 2014
L-assoċjazzjonijiet ivvutaw wkoll għall-People’s Choice Award. Minkejja li l-assoċjazzjonijiet ivvutaw għall-aħjar ħamsa, minħabba li tlett atleti spiċċaw bl-istess numru ta’ voti, għal din l-edizzjoni ser jkunu sitta l-atleti/timijiet fil-finali għall-People’s Choice Award.
Artie (Team) – Ibburdjar
Danica Bonello Spiteri – Triathlon
Camilleri Rebecca – Atletika
Ciantar Aaron – Powerboards
Fenech Steven – Wheelchair Dancing
Xuereb Nathan Lee – Sparar