Lokali

Pulizija u uffiċjali tal-Enemalta aggrediti

habta
Incident

Il-bieraħ filgħaxija żewġ uffiċjali tal-Enemalta u pulizija waqt li kienu qed jagħmlu spot check fi grocer fil-Pieta’ spiċċaw aggrediti mis-sidien tal-ħanut. Jirriżulta minn nies li kellmu lil MaltaRightNow.com dwar dan l-inċident li l-pulizija soffra xi feriti f’għajnejh, ittajritlu l-beritta u anke qattawlu l-qmis. Uffiċjal tal-Enemalta wkoll sofra xi feriti f’idejh waqt dan l-istess inċident.

Aktar dettalji meta jaslulna.