Il-linja nazzjonali tal-ajru ta’ Ċipru, Cyprus Airways, waqfet teżisti wara deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn l-linja nazzjonali ta’ Ċipru ġiet ordnata tħallas 65 miljun Ewro f’għajnuna illegali li ngħatat mill-gvern Ċiprijot bejn is-snin 2007 u 2013. Il-gvern ta’ Ċipru għandu sehem ta’ 93% fil-linja nazzjonali.
Il-Ministru tal-Finanzi ta’ Ċipru Harris Georgiades saħaq li l-kumpanija ma’ kienetx vijabbli aktar u għalhekk kellha ttemm il-ħidma tagħha. Huwa saħaq li l-awtoritajiet kienu ser jaraw il-possibilita’ li tinħoloq linja tal-ajru ġdida, possibilment waħda li żżomm l-istess isem jiġifieri Cyprus Airways.
Minn naħa tagħha l-Kummissjoni Ewropea fir-rapport tagħha spjegat li l-pjan ta’ ristrutturar kif propost mill-gvern Ċiprijott ma’ kienx wieħed realistiku. Spjegat li l-gvern naqas milli jindirizza l-vera diffikultajiet tal-linja Cyprus Airways bir-riżultat li l-kumpanija kienet ser tiddependi fuq is-sussidji. Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea jillimitaw b’mod strett l-għajnuna minn fondi pubbliċi li tista’ tingħata lil kumpaniji li jkunu qed isofru diffikultajiet finanzjarji u dan taħt il-prinċipju magħruf bħala ‘one time, last time’.
//= $special ?>