Dalgħodu kienu diversi l-persuni li kkuntatjaw lil MaltaRightNow.com, rrabjati talli biex marru lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta bid-devjazzjonijiet li għamlet Transport Malta minħabba l-għeluq ta’ parti ta’ Triq il-Kosta. Parti tat-Triq ħdejn Kennedy Grove il-bieraħ ingħalqet u se ddum magħluqa għal ġimgħa. Ingħalqet wkoll għal xahrejn, karreġjata parti minn din it-triq.
Kif spjegawlna n-nies li ċemplu rrabjati minħabba t-traffiku li nqabdu fih, u kif tħabbar anke minn Transport Malta fil-jiem li għaddew, issa l-vetturi li jkunu ġejjin minn naħa ta’ Pembroke direzzjoni lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta, iridu jidħlu lejn il-Magħtab, jitilgħu it-tela ta’ Alla u Ommu, u jmorru fid-direzzjoni tal-Pont tal-Mosta.
Minn hemm iridu jaqbdu t-triq li tagħti għar-round about fit-tarf tal-Mosta u jmorru fid-direzzjoni ta’ Burmarrad. Jirriżulta li f’din il-parti tad-devjazzjoni qed jinġema ammont kbir tat-traffiku.
Minn Burmarrad imbgħad is-sewwieqa jridu jaslu ħdejn round about oħra, dik li qegħda fid-daħla għal San Pawl il-Baħar. Ovjament l-istess devjazzjoni tapplika għas-sewwieqa li minn naħa ta’ fuq ta jridu jinżlu lejn iċ-ċentru ta’ Malta.
//= $special ?>