Internazzjonali Kurżitajiet

Dalwaqt se tkun tista’ tiċċarġja l-mowbajl bla charger!

Aktar ma’ jgħaddi żmien, aktar qed isir popolari l-użu tat-teknoloġija wireless. Kumpanija barranija f’San Jose, fl-Istati Uniti bl-isem ta’ Energous qed taħdem fuq l-idea li toħloq charger tal-mobiles wireless, jiġifieri l-mowbajl ma hemmx għalfejn ikun imqabbad maċ-ċharger biex jiċċarġja l-batterija.

Imlaqqam WattUp, id-diżinjaturi qed jgħidu li l-wireless charger se jkun jista’ jiċċarġja kwalunkwe apparat elettroniku li jkun sa 15-il pied il-bogħod.

energous-2

L-apparat elettroniku użat huwa xejn akbar minn kaxxa tas-sigarri u jipproduċi l-enerġija billi juża s-sinjali tal-frekwenza tar-radju u jaqlibhom f’kurrent. Permezz ta’ transmitter, jiġu identifikati l-apparat elettroniċi li għandhom bżonn il-batterija u jintbagħtu diversi raġġi baxxi jikkrejaw “energy pocket” u għaldaqstant jiċċarġjaw kwalunkwe apparat elettroniku.

Il-kumpanija Energous qed tinisti u twiegħed lill-pubbliku li din it-teknoloġija hija waħda sikura u effiċjenti. WattUp se titrasmetti bl-istess frekwenza użata mir-routers tal-Wi-fi u l-cordless phones iżda din it-teknoloġija mhux se tkun lesta qabel is-sena 2016.