Il-captain ta’ Roma Francesco Totti, li llum għandu 38 sena, iċċelebra l-gowl tad-draw fid-Derby tal-Kapitali bejn Roma u Lazio b’selfie.
Malli skurja l-gowl ta’ 2-2 favur Roma, Totti mar qrib uffiċjal, irċieva mobile u ħa selfie tiegħu nnifsu.
Totti mhux ġdid għal ċelebrazzjonijiet mhux tas-soltu.
F’April tal-2004, meta dakinhar kien ġab id-draw ta’ 1-1 kontra l-istess Lazio, Totti kien qajjem cameraman biex jiffilmja l-Cruva Sud fejn kienu l-partitarji l-iktar akkaniti tar-Roma.
//= $special ?>

