Ħarsa lejn il-ġurnali tal-Ħadd 11 ta’ Jannar.
Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jsir referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa fil-11 t’April tiġi rrappurtata fil-faċċati tal-ġurnali kollha. Fil-11 t’April se jsiru wkoll l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’34 lokalita’ f’Malta u Għawdex.
IL-MUMENT bi storja esklussiva dwar kif irjus għolja wettqu pressjoni għall-ħruġ tal-VISAS fil-każ tal-Leisure Clothing. Storja wkoll dwar kif il-Forzi tal-Ordni Maltin jinsabu b’seba’ għajnejn wara t-terrur ta’ Pariġi.
L-ORIZZONT b’rapport dwar l-anzjani u kif xi wħud partu darhom ma’ sodda f’dar tax-xjuħ.
THE MALTA INDEPENDENT ON SUNDAY b’ritratt bil-kliem “We are all Charlie”. Rapport esensiv ukoll li jibda fl-ewwel paġna u li jidħol f’aktar dettal fil-paġni ta’ ġewwa dwar ir-‘reshuffle’ li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fix-shadow cabinet: “Reshuffle is just the beggining”.
THE SUNDAY TIMES OF MALTA tagħżel li tirrapporta bi prominenza aktar dettalji mill-attakk f’Pariġi u tagħti dettalji dwar l-operazzjoni li qed issir biex jinqabad il-kompliċi wara l-attakk fi Franza.
//= $special ?>