Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Il-‘hashtag’ ‘Je Suis Charlie’ fost l-aktar popolari fl-istorja ta’ Twitter

Il-‘hashtag’ ‘Je Suis Charlie’ – jew #jesuischarlie, saret waħda mill-aktar popolari fl-istorja ta’ Twitter hekk kif intużat aktar minn 3.4 miljun darba fuq perjodu ta’ 24 siegħa.

Fuq twitter, mijiet ta’ eluf ħallew messaġġi ta’ solidarjeta’ mal-vittmi tat-terrur f’Pariġi. Skont ċifri li ġew ippubblikati, il-‘hashtag’ ‘Je Suis Charlie’ intużat b’rata ta’ 6,500 darba kull minuta.

Il-frażi ‘I am Charlie’ kisbet din il-popolarita’ massiva wara l-qtil kiesaħ u biered ta’ 12-il persuna fil-bini tar-rivista ‘Charlie Hebdo’.

Ir-ritratt juri l-popolarita’ tal-‘hastag’ fuq il-mappa għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu nhar is-7 ta’ Jannar.