Internazzjonali

Il-Musulman li salva grupp ta’ persuni waqt waqt l-attakk fuq supermarket fi Franza

Qed ikun hemm appelli biex Lassana Bathily ta’ 24 sena jkun rikonoxxut mill-istat Franċiż talli salva grupp ta’ persuni waqt l-attakk li sar minn terroristi fuq supermarket fi Franza.

Ir-raġel, li jħaddan ir-reliġjon Musulmana, ħeba grupp ta’ persuni, fosthom persuna b’tarbija, ġewwa kamra fejn jinħażnu affarijiet kesħin.

Ir-raġel spjega li meta ra grupp ta’ persuni jiġru għas-sular t’isfel tas-supermarket, hu tefa’ d-dwal, tefa’ s-sistema li tkessaħ din il-kamra u dderiġa lill-grupp għal ġol-kamra.

Ir-raġel kien qed jirriskja ħajjtu, partikolarment meta daħlu l-Pulizija ġos-supermarket, għax għall-ewwel ħasbuh wieħed mit-terroristi… sakemm tahom dettalji ta’ fejn kien ħeba l-grupp ta’ persuni biex ma jkunux fil-mira tat-terroristi.

Fuq il-midja soċjali, numru ta’ persuni faħħru lir-raġel u ddeskrivewh bħala ‘eroj’.