Intervent f’waqtu mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u mill-Għassa ta’ San Ġiljan kien kruċjali biex ġiet salvata mara li kienet qed tiġi attakkata minn barrani fil-bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu meta l-barrani kien qed jattakka b’mod vjolenti u indiċenti lill-mara.
Ir-raġel ġie arrestat u qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. Intant inħatret inkjesta Maġisterjali biex tistħarreġ il-każ.
//= $special ?>