Illejla d-diskussjoni tkompli fuq NET television permezz ta’ Newsfeed tal-Ħadd.
Newsfeed tal-Ħadd se jiffoka l-aktar fuq stejjer ewlenin mill-gazzetti tal-Ħadd u diskussjoni dwar dak li jkun seħħ matul il-ġimgħa.
Newsfeed tal-lejla se jiddiskuti tlett avvenimenti li seħħew din il-ġimgħa u li ddominaw l-aħbarijiet: it-terrur li seħħ f’Pariġi bil-qtil ta persuni innoċenti; it-taqliba kbira li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuutil fix-shadow cabinet tiegħu – li l-gazzetti tal-Ħadd jiddeskrivuha bħala deċiżjoni kuraġġuża u b’saħħitha ta’ Simon Busuttil; u r-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa li se jsir fil-11 ta’ April flimkien mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Fl-istudio se jkun hemm l-opinjonisti James Debono u Michael Falzon kif ukoll il-viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco u d-deputati Robert Arrigo u Toni Bezzina. Ikun hemm ukoll interventi bit-telefon ma’ edituri u opinjonisti. Imexxu d-diskussjoni Karl Gouder u Alessia Psaila Zammit.
Newsfeed tal-Ħadd jibda fis- 6:45pm fuq NET television.
//= $special ?>