Lokali

Ritratti: Jibqa’ dieħel ġo showroom

Raġel qed isofri minn xokk qawwi wara li baqa’ dieħel bil-vettura tiegħu ġo ‘showroom’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm ta’ waranofsinhar fi Triq Ħaż-Żebbuġ, Ħ’Attard.

Għal xi raġuni, ir-raġel ta’ 20 sena, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fix-showroom. Il-karozza ġarrbet ħsarat estensivi.

Mhux indikat li r-raġel sofra xi ġrieħi, madanakollu rapporti qed jgħidu li sofra minn xokk qawwi.

Fuq il-post marru Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit.

rsz_accident_hattard_8

rsz_accident_hattard_7

 

Ritratti: Joseph Galea