Kriminali bbażati fiċ-Ċina għandhom il-kapaċita li jimmanifatturaw il-muniti ‘bi-metallic’ kważi perfetti, fost l-inkwiet li l-munita taż-żewġ liri Sterlina saret vulnerabbli għal ċirkolazzjoni ġdida ta’ flus foloz.
Filwaqt li l-frodisti rnexxielhom jipproduċu replika tal-munita bid-denominazzjoni tal-lira Sterlina, il-periklu li s-suq jispiċċa fgat bil-muniti foloz taż-żewġ liri Sterlina, għalissa, baqa’ minimu. Dan peress li l-kriminali kienu qed isibuha diffiċli biex iwaħħlu l-biċċiet ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ din il-munita.
Madankollu, kunsinna ta’ muniti tal-ewro foloz li kienet interċettata daqs tliet xhur ilu f’Napli (fl-Italja) uriet li l-frodisti, issa, saru jipproduċu l-kwantitajiet enormi tal-muniti tat-tip ‘bi-metallic’.
Qatt qabel, fl-istorja, ma nstabet kwantita hekk kbira ta’ muniti tal-ewro foloz u dan qajjem preokkupazzjoni fost l-investigaturi fir-Renju Unit, speċjalment minħabba ‘r-riperkussjonijiet potenzjali’ għall-munita taż-żewġ liri Sterlina.
Għaldaqstant, l-indikazzjonijiet huma li l-frodisti bbażati fiċ-Ċina, sa fl-aħħar, sabu s-sistema li biha jgħaqqdu l-biċċiet tal-metall speċifiċi u ‘joħolqu’ l-muniti bħall-ewro u t-€2 Sterlina b’mod kważi perfett.
//= $special ?>