L-Enemalta fi stqarrija kkundannat l-inċident tal-Ġimgħa, żvelat minn dan is-sit, li fih żewġ persuni ħebbew għall-ħaddiema tal-Enemalta u għall-pulizija hekk kif marru biex jispezzjonaw meter tal-elettriku f’ħanut f’Tal-Pieta’.
L-Enemalta qalet li tikkundanna l-attakk agressiv li sofra t-tim ta’ spetturi tagħha u pulizija waqt il-ħidma tagħhom biex iwaqqfu l-irregolarita’ fil-provvista tal-elettriku.
Fl-inċident, il-ħaddiema u l-pulizija sofrew diversi ġrieħi. L-Enemalta qalet li minkejja dan l-attentat vjolenti biex l-ispezzjoni ma ssirx, l-irregolaritajiet suspettati ġew konfermati xorta waħda u d-dettalji ta’ dan il-każ ta’ serq ta’ elettriku għaddew għand il-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Fl-istqarrija l-Enemalta tenniet l-impenn tagħha li tkompli tiġġieled kull forma ta’ irregolarita’ fl-elettriku, filwaqt li ħeġġet lil dawk li jafu b’xi irregolarita’ sabiex jitkellmu mal-Enemalta u jgħaddu t-tagħrif li għandhom.
//= $special ?>