Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista fi stqarrija jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-pass tassew pożittiv li ttieħed mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fir-rigward tar-reshuffle fix-shadow cabinet.
L-MNPN qalet li għal darba oħra Simon Busuttil wera b’mod ċar, bil-fatti, li hu jemmen bis-sħiħ fil-kapaċitajiet tan-nisa fil-qasam politiku, issa li nofs ix-shadow cabinet hu magħmul minn nisa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ġa wera din il-fiduċja meta ħadem bis-sħiħ biex inbidel l-istatut tal-Partit biex issa il-kunsilliera li jiġu eletti fl-Eżekuttiv ikunu nofshom nisa. L-istess sar ukoll meta twaqqfu l-Policy Fora u 6 minn 10 chairpersons huma nisa.
Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista feraħ lix-shadow cabinet kollu, b’mod partikolari lil Claudette Buttigieg, Therese Comodini Cachia, Roberta Metsola, Paula Mifsud Bonnici u Marthese Portelli.
//= $special ?>