Għawdex Lokali

Periklu għall-passiġġieri tal-Gozo Channel

Il-passiġġieri li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel ħafna drabi qed jiġu mitluba mill-Kaptan biex meta jaslu ċ-Ċirkewwa jiżbarkaw mir-rampa tal-karozzi flok minn dik tal-passiġġieri.

Dan qed iwassal għal periklu għall-istess passiġġieri. Mhux magħrufa r-raġuni x’wassal biex ir-rampa li soltu kienet tintuża mill-passiġġieri waqfet tintuża.

Kien għalhekk li dan l-istazzjon bagħat numru ta’ mistoqsijiet lill-Gozo Channel. Staqsejna jekk jikkonfermawx din is-sitwazzjoni u x’inhi r-raġuni li r-rampa tal-passiġġieri m’għadiex tintuża.

Staqsejna wkoll jekk l-amministrazzjoni taħsibx li dan qed joħloq periklu għall-passiġġieri u jekk hemmx data meta din is-sitwazzjoni se tiġi lura għan-normal.

Madankollu, tlett’ijiem wara li bgħatna dawn il-mistoqsijiet, dan is-sit għadu mingħajr tweġiba.