Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ droga

Raġel ta’ 51 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ ġie arrestat matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd wara li nstab fil-pussess ta’ sustanza aktarx kokaina.

Is-sustanza nstabet f’ċirkostanzi li juru li kienet intiża sabiex tiġi traffikata.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ritratt: Arkivji