Internazzjonali

Tifla tisplodi lilha nnifisha u toqtol dsatax fin-Niġerja

Mill-inqas 19-il persuna nqatlu u oħrajn indarbu minn bomba li kienet marbuta ma’ qadd ta’ tifla ta’ għaxar snin li splodiet lilha nnifisha fil-Grigal tan-Niġerja.

Il-bomba splodiet f’suq fil-belt ta’ Maiduguri, fl-istat ta’ Borno.

Ebda grupp ma ħa responsabbilta’ dwar dan l-attakk. Is-suq hu rappurtat li kien fil-mira darbtejn f’ġimgħa minn attakki suwiċida li twettqu minn bniet jew tfajliet fi tmiem is-sena li għaddiet.