Internazzjonali

Traġedja wara ħabta bejn xarabank u bowser fil-Pakistan

Kwazi 60 persuna nqatlu u ħafna oħra ndarbu wara li xarabank ħabtet ma’ bowser mgħobbi biż-żejt qrib Karachi fil-Pakistan illum.

Il-bowser x’aktarx kien qed jinstaq b’veloċita’ kbira fil-karreġġjata żbaljata tat-triq meta f’daqqa waħda ħabat head-on max-xarabank.

Mad-daqqa, żviluppa nar kbir fuq iż-żewġ vetturi. Is-sewwieq tal-bowser ħarab mill-post fejn seħħet il-ħabta.

Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.