Għaddasa Indonesjani setgħu llokalizzaw il-flight recorders tat-titjira mitlufa QZ8501 tal-AirAsia.
Bambang Sulistoyo, il-kap tal-ħidma għat-tfittxija tal-ajruplan, qal li hu jemmen li l-kaxxa s-sewda b’dawn ir-recorders, instabet. L-għaddasa mistennija jirkuprawha matul il-jum ta’ għada.
Uffiċjali qalu li r-recorders huma midfuna f’qigħ-il baħar, taħt il-fdalijiet tal-ajruplan.
Il-possibbilta’ ta’ din is-sejba ġiet wara sforzi intensivi sabiex jinstab il-qafas tal-ajruplan, li sparixxa fil-maltemp fit-28 ta’ Diċembru b’162 passiġġier abbord.
//= $special ?>