Lokali

Attenti: Messaġġi qarrieqa jintbagħtu lil numru ta’ Maltin

Numru ta’ Maltin u Għawdxin fl-aħħar sigħat bdew jirċievu messaġġi qarrieqa li ntbagħtu minn persuni li jgħidu li huma eks suldati tal-gwerra, illum irtirati. F’ħafna mill-każi dawn il-messaġġi ntbagħtu matul il-lejl jew fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

F’dawn il-messaġġi, dawk li jirċevuhom jiġu nfurmati li għandhom pakkett jistennihom u jintlabu jibagħtu email biex jingħataw iktar dettalji dwar dan.

Madankollu dawn il-messaġġi huma foloz u qarrieqa u għalhekk fuq Facebook qed jitmexxa appell biex ħadd ma jibħat email fuq l-indirizz li jingħata biex b’hekk jevita kull riskju possibbli.