Il-bidliet fix-shadow cabinet Nazzjonalista kienu bidliet kuraġġużi, li jwasslu messaġġ qawwi.
L-editorjal ta’ THE TIMES OF MALTA illum huwa kompletament dedikat għal dan ir-reshuffle li tħabbar minn Simon Busuttil il-ġimgħa l-oħra, bil-PN ikompli jissaħħaħ.
F’dan l-editorjal jintqal illi l-Kap Nazzjonalista għamel dan it-tibdil wara li ħa l-ħin neċessarju biex iġib il-partit fuq saqajh. Apparti hekk, il-bidliet ġew deskritti mit-Times bħala “mossa politika kbira”, f’mument meta f’għajnejn in-nies Simon Busuttil qed jidher bħala Kap li joffri oppożizzjoni serja għal Joseph Muscat.
L-editorjal jgħid li b’dan it-tibdil, “Busuttil qed iwassal messaġġ ċar”. Għalkemm iridu jgħaddu xhur sabiex wieħed janalizza sew l-effett tat-tibdil li sar fix-shadow cabinet.
//= $special ?>