Futbol Sport

Birżebbuġa St. Peters jegħlbu lil Germanicus tal-Olanda

Birżebbuġa St. Peters għelbu bi skor ta’ 5-4 lil C.V.V Germanicus tal-Olanda f’logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet fis-Centenary Stadium.

Il-gowls ta’ Birżebbuġa, li kellhom numru ta’ plejers bi prova, ġew skurjati minn Edson Bonati, Diego Cuccardi,Gary Caruana, Jerry Ani u Luca Santo.

Fl-aħħar jiem il-klabb bidel ukoll il-kowċ, u issa l-iskwadra qed titmexxa minn Pino Murgia, l-eks kowċ ta’ Pembroke Athleta u assistent kowċ ta’ Luxol Saint Andrews u Sliema Wanderers fejn kien assistent ta’ Alfonso Greco.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).