Ewropa Internazzjonali

L-ewwel President mara tal-Kroazja

Kolinda Grabar-Kitarovic saret l-ewwel President mara tal-Kroazja wara li rebħet lill-President fil-kariga, Ivo Josipovic, b’50.5 fil-mija tal-vot kontra 49.5 fil-mija.

Josipovic, li ammetta t-telfa, kien President popolari, iżda l-ambizzjonijiet tiegħu għal mandat ġdid sofrew daqqa ta’ ħarta minħabba l-kriżi ekonomika li damet għal snin fil-Kroazja.

L-elezzjoni għall-Presidenza tal-Kroazja hi eżami importanti għall-partiti politiċi lokali qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament ta’ Zagreb li mistennija għall-aħħar tas-sena.