Għall-ħabta ta’ nofsillejl il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ f’Paceville fejn ġuvni ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ ħassu ħażin. Jirriżulta li ż-żagħżugħ kien qiegħed ġewwa stabbiliment li jinsab fl-imsemmija triq, meta tah ħass ħażin u waqa’ mal-art.
Il-ġuvni nħareġ barra u ġiet imsejħa ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-istħarriġ għadu għaddej filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>