Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum, it-Tnejn 12 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON jirrapporta dwar il-ftuħ tal-Parlament illejla wara l-waqfa għall-festi, minkejja li s’issa għadu ma tlaqqax il-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra. Rapport ieħor jiffoka fuq allegazzjonijiet serji li qed tagħmel omm fil-konfront ta’ Silvio Scerri, l-eks Chief of Staff ta’ Manwel Mallia. Stephanie Chircop qed tgħid li Scerri “ħatfilha” liż-żewġ uliedha.

L-ORIZZONT b’rapport dwar il-possibilta’ li l-FKNK tibbojkotja r-referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa.

L-istess tema hija trattata minn THE MALTA INDEPENDENT fejn naqraw li Astrid Vella tirreferi għall-pożizzjoni li ħa l-Prim Ministru Joseph Muscat bħala waħda “mhix etika”.

THE TIMES OF MALTA b’ritratt li juri l-marċ ta’ solidarjeta’ li sar ilbieraħ f’Pariġi, fejn miljuni ħonqu t-toroq tal-kapitali Franċiża b’appoġġ mal-qraba tal-vittmi tat-terroriżmu.