Il-Prim Ministru, Abdullah al-Thani, li jmexxi l-uniku Gvern Libjan (fost it-tnejn stabbiliti) li hu rikonoxxut minn barra l-pajjiż talab biex il-komunita internazzjonali tipprovdi aktar għajnuna lil-Libja. Dan fost twissija li l-Libja tista’, ‘l quddiem, isservi bħala ‘bażi’ ewlenija għall-militanti – jihadisti — Iżlamiċi fuq l-għatba tal-Ewropa.
Al-Thani qed jitlob biex titneħħa l-embargo fuq l-armi attwali ħalli ikun jista’ jikkumbatti lill-milizzji fil-Libja li qed jisfidaw l-awtorita tiegħu.
Għaldaqstant hu irid li l-komunita internazzjonali tikkoopera mal-Libja biex jieqfu t-terroriżmu u l-azzjonijiet tal-elementi estremisti. Dan meta l-Armata tal-Libja waslet f’sitwazzjoni fejn teħtieġ l-għajnuna speċifika biex tikkonfronta lill-milizzji u l-entitajiet tat-terroristi potenzjali.
Aktar dettalji fil-ħarġa ta’ għada ta’ ‘In-Nazzjon’
//= $special ?>