Il-Parlament waqaf għal minuta silenzju fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, b’rispett lejn il-vittmi tal-attakk terroristiku fil-bini tar-rivista Franċiża Charlie Hebdo, li seħħ il-ġimgħa li għaddiet.
It-talba għal minuta silenzju saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta l-Parlament illejla sellem il-vittmi ta’ din it-traġedja li seħħet nhar l-Erbgħa li għaddew, u wara li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech ukoll kien fakkar il-vittmi tal-attakk terroristiku li ħasad lid-dinja kollha.
Fil-Parlament, Simon Busuttil bagħat messaġġ ta’ solidarjetà mal-vittmi u mal-poplu Franċiż. Messaġġ ta’ kundanna bla riservi u għal kull forma ta’ terroriżmu, u mpenn lejn il-libertà tal-espressjoni. Il-libertà tal-espressjoni, fisser Simon Busuttil, hu dritt funadmanetai li hu valur universali.
Simon Busuttil qal li llum kollha jisimna Charlie, u dan biex l-10 ħaddieam tar-rivista Franċiża u ż-żewġ pulizija li nqatlu, ma jkunux tilfu ħajjithom għal xejn.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dawk li wettqu l-attakk mhumiex tassew Iżlamiċi, lanqas jekk jippużaw ta’ Iżlamiċi.
Dawk li wettqu l-attakk ma jistgħux jissejħu ħlief nies fanatiċi u terroristiċi. Attakk kontra l-kelma ħielsa u mhux ġej minn twemmin, jew kontra xi twemmin.
Simon Busuttil fisser ukoll li dak li rajna fi Franza hi tagħlima għal kull min għandu setgħa. Fisser li kull min għandu xi poter għandu poter għax tellgħuh in-nies u jrid ikun miftuħ għall-kritika.
Il-Gvern, permezz tad-Deputat Prim Ministru Louis Grech, għamel ukoll stqarrija ta’ appoġġ u solidarjetà mal-vittmi u mal-poplu Franċiż.
Is-sedja, preseduta mid-Deputat Speaker Ċensu Galea, esprima l-messaġġi ta’ appoġġ u ta’ solidarjetà mal-poplu Franċiż, u mal-vittmi tal-attakk terroristiku: u se jkun qed iwassal dawn il-ħsibijiet espressi fil-Parlament Malti, u messaġġ ta’ kondoljanzi u ta’ appoġġ, lill-Ambaxxata Franċiża f’Malta.
//= $special ?>